Stephen Galea ta’ 44 sena residenti Żabbar ġie akkużat li kiser l-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja. Ir-raġel provda sit ta’ kostruzzjoni bħalha l-indirizz personali tiegħu meta ingħata l-liberta’ proviżorja lura fl-2020.
Il-prosekuzzjoni qalet li Galea ilu minn April li għadda ma jmur jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħaż Żabbar. Barra minn hekk, huwa kien assenti għall-proċeduri tal-Qorti fl-aħħar xhur.
Il-Prosekuzzjoni qalet li Sedqa żvelat li Galea qatt ma kien spiċċa l-programm tar-riabilitazzjoni tad-droga iżda minn naħa l-oħra l-avukat ta’ Galea qal li temm il-programm tad-droga u t-testijiet kienu rriżultaw negattivi.
Wara li l-Qorti evalwat iż-żewġ naħat il-maġistrat rrifjutat il-liberta proviżorja minħabba li kiser diversi kundizzjonijiet.
//= $special ?>