Wara l-laqgħa pubblika li ssejħet mill-Kunsill Lokali nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2022 rigward l-applikazzjoni ppreżentata mill-Perit u Deputat mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef f’isem il-kumpanija X,Y,Z Architecture & Design, sabiex jinbnew 36 apartament, 5 maisonettes, 7 penthouses u 75 garaxx fuq art li tmiss ma’ Triq Katerina Vitale, Triq il-Fortizza u Triq l-Istefanotis f’Santa Lucija, ir-residenti ħadu l-inizjattiva u fi żmien qasir ta’ sitt ijiem inġabru aktar minn 1,000 sottomissjoni bieb bieb u ntbagħtu ‘l fuq minn 100 sottomissjoni online.
Aktar minn 90% tas sottomissjonijiet ġew mir-residenti tar-raħal infushom u li jirraprezentaw kwazi nofs il-lokalita’ ta’ adulti il-fuq minn 16-il sena, li huma konvinti li dan il-proġett ha jeqred ir-ruħ tal-lokalita’ tagħna.
Fi stqarrija Liam Sciberras, il-Minority leader u kunsillier lokali ta’ Santa Luċija, saħaq li “l’boghod minn kull kulur politiku se nibqa’ nahdem bil-ħegga kollha biex dan il-lokal tant ghal qalbna ma jitlifx is-serenita’ u l-armonija li kapaci joffri.”
“B’referenza għad-deċizjoni meħuda fir-rigward ta’ applikazzjoni PC/00087/18 li ttiehdet waqt laqgha li saret nhar l-24 ta’ Novembru 2020, din il-parti ta’ Triq Katerina Vitale c/w Triq ilFortizza c/w Triq l-Istefanotis ġiet imdawra bil-barka tal-Awtorita’ tal-Ippjanar ghal zona urbana. F’din l-istess laqgħa, jien biss mill-membri kollha tal-Kunsill Lokali ta’ Santa Lucija, kont preżenti u għaldaqstant kont l-unika kunsillier li oggezzjonajt u argumentajt sabiex din lapplikazzjoni ma tgħaddiex għal dan l-istadju,” tenna l-minority leader ta’ Santa Luċija.
Liam Scibberas qal li fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill Lokali li saret nhar it-30 ta’ Awwissu 2022, kien hu li ppropona li jittiehed vot sabiex id-deċiżjoni tal-kunsilliera tkun aktar b’saħħitha favur l-ambjent, b’mod speċjali anke kontra din l-applikazzjoni, “izda ħadd ma’ għazel li jissekkondani (ghal liema raguni ghadni miniex konoxxenti). Sahansitra, anke waqt il-laqgħa pubblika msemmija hawn fuq, diversi residenti insistew li biex il-kunsill ikun kredibbli f’għemilu u ġenwinament huwa kontra dan il-progett, għandu jittiehed vot, iżda s-Sindku għal darba ohra reggħet ghażlet li dan mhux relevanti.”
Fl-aħħar nett, il-Kunsillier lokali ta’ Santa Luċija Liam Sciberras irringrazzja lid-deputat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut li sema l-karba tal-poplu ta’ Santa Lucija, u appella sabiex kull min jemmen f’din il-kawza ġusta u għaduma’ ffirmax il-petizzjoni, huwa mħeggeġ jibghat sottomossjoni sa mhux aktar tard minn nhar il-Hamis 22 ta’ Settembru 2022 permezz ta’ email fuq representations@pa.org.mt u jikkwotaw ‘PA/05152/22’ fis-suggett tal-istess email.