Futbol Sport

La Liga: Real jirbħu d-derby ta’ Madrid

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Civitas Metropolitano Real Madrid għelbu lil Atletico Madrid 2-1 b’goals fl-ewwel taqsima ta’ Rodrygo u Valverde.

Bis-sitt rebħa konsekuttiva minn daqstant partiti, Real Madrid, immexxija minn Carlo Ancelotti, saħħew posthom fl-ewwel post f’La Liga bi 18-il punt, distakk ta’ żewġ punti fuq Barcelona. Fit-18-il minuta Real Madrid fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Aurelien Tchouameni, kien Rodrygo li għeleb lil Jan Oblak. Ebda reazzjoni minn Atletico Madrid fejn fis-36 minuta sofrew it-tieni gowl b’Federico Valverde jgħeleb lil Oblak għat-tieni darba.

Fit-tieni taqsima b’Atletico aktar fil-partita fit-83 minuta meritatament naqqsu l-iskor wara li Hermoso għeleb lil Thibaut Courtois għat 2-1. Minuti minn tmiem il-partita , l-istess Hermoso tkecca wara ammonizzjoni doppja. Tkeċċija li iżda ma kellha ebda effett fir-riżultat finali u success għal Real fid-derby tal-kapitali.