Lokali

AĠĠORNATA: Raġel nqabad f’karozza wara inċident fil-Qrendi

Raġel ta’ 63 sena residenti l-Fgura nqabad fil-vettura tiegħu wara inċident fil-Qrendi.

Għall-ħabta tas-2:00pm il-Pulizija tad-distrett ġew infurmati b’inċident fit-Triq it-Tempesta fil-Qrendi. L-inċident seħħ bejn vann Piaggio Porter li kien misjuq mir-raġel ta’ 63 sena u trakk DAF li kien misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-distrett marru immedjatament fuq il-post flimkien ma’ membri tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu lill-vittma. Wara, il-vittma ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Intant, ir-raġel ta’ 40 sena ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.