Fin-nofs maratona ta’ Copenhagen, id-Danimarka, Cassar għamel il-21.1 kilometri f’siegħa 6 minuti u 7 sekondi fejn tejjeb fuq ir-rekord nazzjonali tiegħu b’erba’ sekondi miksub sena ilu fin-nofs maratona ta’ Valencia.
Dillon Cassar kien flimkien mal-kowċ tiegħu Rodney Cassar. Fl-istess nofs maratona, Luke Micallef ta’ Pembroke daħal seba’ sekondi biss wara Dillon Cassar f’siegħa 5 minuti u 14-il sekonda li huwa t-tielet l-aħjar ħin lokali f’nofs maratona.
B’dawn ir-riżultati Dillon Cassar u Luke Micallef temmew fost l-aqwa 70 atleta fil-klassifika ġenerali fost 25,000 atleti li ħadu sehem. In-nofs maratona ta’ Copenhagen intrebħet minn Milkesa Mengesha ta’ Etjopja fi 58 minuta u 58 sekonda.
Ħadet sehem wkoll Joelle Cassar ta’ Zurrieq Wolves Athletics Club li għamlet id-distanza f’ siegħa 18-il minuta u 40 sekonda sabiex temmet fis-47 post fil-klassifika ġenerali u fit-tielet post fil-kategorija ta’ atleti ‘l fuq minn 35 sena.
//= $special ?>