Internazzjonali

Renju Unit: Id-Dekan ta’ Westminster ifaħħar id-dedikazzjoni tar-Reġina lejn il-poplu Britanniku

Id-Dekan ta’ Westminster għadu kemm temm l-ewwel diskors waqt il-funeral tar-Reġina Eliżaetta f’Westminster Abbey u fejn wassal messaġġ li ‘is-sens ta’ tifkira u tama għandhom jitqiesu bħala doveri sagri’.

Hu kompla li l-Britanniċi minn kull settur tal-pajjiż, in-nies u l-mexxejja tal-Commonwealth u rappreżentanti distinti oħra minn madwar id-dinja fil-preżent qed isellmu lill-memorja ta’ Eliżabetta proprju fil-post fejn hi kienet iżżewwġet u anki kkurunata bħala Reġina.

‘Għandna għalfejn inħossuna grati għall-impenn u dedikazzjoni straordinarja tar-Reġina lejn il-poplu tagħha għal daqstant snin u meta hi lanqas ma naqset fir-rispett u dedikazzjoni lejn il-pajjiżi tal-Commonwealth’, qal id-Dekan.

Hu tkellem ukoll dwar is-sens ta’ dover tar-Reġina, il-fatt li hi kienet dejjem eżempju ta’ rispett għall-fidi Kristjana. Dan waqt li ma naqset qatt l-imħabba li kellha għal familtha u l-aktar kawżi li hi kienet tqis bħala importanti