Internazzjonali

Renju Unit: Ikantaw l-innu taż-żwieġ waqt il-funeral tar-Reġina

F’ħin partikulari tal-funeral indaqq innu li kien kantat waqt iż-żwieġ ta’ Eliżabetta t-Tieni — dak iż-żmien Prinċipessa — u l-Logutenent Philip Mountbatten ( li ‘il quddiem laħaq Prinċep) u li kien sar ukoll f’Westminster Abbey, fl-1947.

L-innu jismu “The Lord’s my shepherd, I’ll not want”, ibbażat fuq Psalm 23 u fejn jispikkaw il-kliem ‘Ma nibża minn xejn avolja ninsab miexi mill-Wied tal-Mewt’

Il-Prinċep Philip, id-Duka ta’ Edinburgh, kien miet f’April li għadda u wara żwieġ ta’ aktar minn 70 sena.