Internazzjonali

Renju Unit: Jintemm il-funeral, bil-Britanniċi qed iħarsu lejn era ġdida għall-monarkija

Il-funeral tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni għadu kemm intemm f’Westminster Abbey fost id-daqq tal-innu nazzjonali — u meta issa fadal biss l-aħħar fażi fejn it-tebut tagħha jitwassal flejn il-Kastell ta’ Windsor għad-difna.

Din il-fażi tfisser anki l-għeluq ta’ kapitlu għall-monarkija Britannika u r-Renju Unit….Kapitlu ta’ 70 sena mmarkati b’qima, dedikazzjoni u konsistenza ta’ Reġina li se tibqa’ dejjem f’qalb il-poplu.

Tul is-snin ta’ bidla fir-Renju Unit, ir-Reġina Eliżabetta baqgħet dejjem is-simbolu ta’ livell rari ta’ konsistenza f’pajjiż li għadu sallum iħaddan element qawwi ta’ konservattiżmu…..Simbolu ħaj li kien imur ħafna aktar ‘il hinn mill-bolol bil-wiċċ tar-Reġina, id-Diskors Speċjali tagħha għal żmien il-Milied u l-ħafna ‘walkabouts’ tar-Reġina li kienet tħobb ħafna tiltaqa’ man-nies minn kull settur tas-soċjetà,

Intant, il-jum tal-funeral għal Eliżabetta jfisser anki t-tmiem ta’ ġranet ta’ tranżizzjoni wara l-aħbar ta’ mewtha, f’Balmoral, fl-età ta’ 96 sena — u bil-Britanniċi, issa, qed iħarsu ‘il quddiem lejn era ġdida għalihom u għall-monarkija.