Internazzjonali

Renju Unit: L-Arċisqof ta’ Canterbury jirreferi għall-imħabba ‘universali’ għar-Reġina Eliżabetta

L-Arċisqof ta’ Canterbury, Justin Welby, waqt id-diskors għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta qal li rari kien hemm Kap tal-monarkija li kien igawdi daqstant imħabba fost il-poplu tiegħu, flimkien ma’ rispett minn kull rokna tad-dinja.

Hu enfasizza li r-Reġina żammet mija-fil-mija mal-wiegħda li kienet tat fil-bidu tar-renju tagħha fis-snin ħamsin….Li sservi b’dedikazzjoni, imħabba u impenn l-interessi tal-poplu Britanniku u filwaqt li taċċetta din ir-responsabbiltà b’sens ta’ umiltà u sagrifiċċju.

Dan id-diskors kien sar f’għeluq il-21 sena tar-Reġina u l-Arċisqof reġa’ enfasizza kemm il-wiegħda tar-Reġina kellha tħalli sinifikat għar-Renju Unit u d-dinja f’dawn l-għexieren ta’ snin.

‘L-eżempju tal-Maesta tagħha ma kienx rifless f’xi ambizzjonijiet partikulari iżda fil-fidi u r-rispett li hi uriet dejjem fil-poplu tagħha’ ikkonkluda l-Arċisqof ta’ Canterbury.