Futbol Sport

De Zerbi maħtur kowċ ġdid ta’ Brighton

(Rirtratt: EPA)

It-Taljan Roberto De Zerbi ġie maħtur bħala l-kowċ ta’ Brighton and Hove Albion wara li ilu bla klabb minn Lulju, wara li telaq minn ma’ Shakhtar Donetsk.

De Zerbi ser jiffirma kuntratt ta’ 4 snin u ser ikun qed jieħu post Graham Potter li ngħaqad ma’ Chelsea fil-bidu ta’ dan ix-xahar.