Lokali

“Se nieħdu azzjoni kontra t-tberbiq tal-Gvern li minħabba fih qed ibati l-poplu” – Mark Anthony Sammut

“Se nieħdu azzjoni kontra t-tberbiq tal-Gvern li minħabba fih qed ibati l-poplu Malti u Għawdxi kollu”

Hekk qal id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut f’attività illi saret it-Tnejn filgħaxija fil-lokalità tas- Siġġiewi, bit-temà ‘Il-kwalità ta’ ħajja li jixirqilna”, b’rabta mal-festa tal-Indipendenza.

“Ħmistax ilu sirna nafu bi ftehim ieħor illi l-Gvern iffirma, wieħed minn ħafna li l-Gvern Laburista għamel tul dawn l-aħħar snin. Illum qegħdin niccelebraw l-indipendenza iżda qed niċċelebraw ukoll kif għal dawn l-aħħar snin, l-Gvern iffirma diversi kuntratti li ma jġibux l-ewwel l-interess tal-Poplu Malti u Għawdxi iżda l-interess tal-but tiegħu.”

Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sema’ s-serq fil-kontijiet tad-dawl u ilma li jmorru kontra l-liġi u d-direttivi tal-EU – Ingann ieħor mill-Gvern Laburista. F’eżercizzju illi għamilna fl-aħħar snin, ikkonfermajna li l-Gvern qed jisraq in-nies. Illum l-awditur Geberali kkonfermah wkoll dan, iżda mhux biss. Anka l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat ikkonfermalna din ‘l-anomalija’ 4 snin ilu. Joseph Muscat qal li jafu bl-anomalija u se nikkoreguha. Iżda sal-lum għadu ma sar xejn. Xahrejn ilu dan is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma ikkonfermah ukoll il-Qorti.

“Għaddew aktar minn xahrejn minn din is-sentenza, izda il-Gvern mhux talli ma rrangahiex din l-anomalija iżda appella minnha. Mhux talli hekk, talli qal li min ħallas z-zejjed tul dawn l-aħħar snin, mhux se joħodhom lura.”

Aħna bħala partit ma nistgħux ngħidu li nemmnu fil-ġustizzja mingħajr ma nieħdu azzjoni f’dan ir-rigward. Fil-mument li hemm bżonn li nieħdu azzjoni, se noħduha… azzjoni kontra t-tberbiq tal-Gvern biex igawdu minnu l-ftit għas-sagrifficju tal-poplu Malti.