Għall-ħabta tat-20.15 Sirjan ta’ 50 sena residenti Malta se jitressaq il-Qorti akkużati bi traffikar ta’ persuni.
Dan hekk kif fl-aħħar jiem il-pulizija investigat id-dħul f’pajjiżna b’mod illegali ta’ numru ta’ persuni fil-bajja ta’ Dellimara. Il-każ seħħ bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru li għadda.
Wara li l-pulizija ssejħu fuq il-post, l-attenzjoni tal-investigazzjoni iffokat ukoll fuq min seta’ kkordina biex seħħ dan l-iżbark.
L-investigazzjonijiet waslu biex raġel Sirjan ta’ 50 sena, residenti Malta jitressaq il-qorti quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, raġel akkużat b’reati relatati mat-traffikar ta’ persuni.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u mhux eskluż li jitressqu iktar persuni.
//= $special ?>