Sport Sport Ieħor

Tennis: Carlos Alcaraz u Spanja fil-kwarti tal-finali tad-Davis Cup

(Ritratt: EPA)

Spanja ser jikkompetu kontra l-finalisti tas-sena l-oħra, Kroazja fil-kwarti tal-finali tad-Davis Cup ġewwa Malaga f’Novembru li ġej.

Is-seed numru wieħed u rebbieħ tal-US Open Carlos Alcaraz, tilef l-ewwel logħba tiegħu kontra l-Kanadiż Felix Auger-Aliassime il-ġimgħa li għaddiet bl-iskor ta’ 6-7 (3-7) 6-4 6-2 favur.

Madankollu Alcaraz għeleb lil-Kwon Soon-woo bl-iskor ta’ 6-4 7-6 (7-1) u b’dan ir-riżultat Alcaraz ikkonferma postu fil-kwarti tal-finali.

Il-logħob l-oħra tal-kwarti tal-finali huma, l-Olanda kontra l-Awstralja, l-Istati Uniti kontra l-Italja u l-Ġermanja kontra Kanada.