Sport Sport Ieħor

Tennis: Matthew Asciak u Emma Montebello jirbħu l-BTC Anniversary Open 2022

Il-Ġimgħa intlagħabu l-finali tal-irġiel u tan-nisa tal-BTC Anniversary Open 2022.

Fil-finali tan-nisa, suċċess għal Emma Montebello li ddominat il-finali meta għelbet lil Elisa Buhagiar f’żewġ sets identici 6-0, 6-0

Fil-finali tal-irġiel Matthew Asciak f-finali mill-isbaħ għeleb lil Liam Delicata fejn wara li bl-ewwel set ikun miftuħ għal kull riżultat , Asiak rebaħ 7-5 filwaqt li rebaħ wkoll it-tieni set 6-2.

Fi tmiem il-finali saret il-premjazzjoni minn Eleno Mamo Segretarju Ġenerali ta’ Birkirkara Tennis Club fil-preżenza ta’ John Sciberras Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija tat-Tennis u Lucienne Bellizzi li kkontrollat il-finali.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena kkompetew xejn anqas minn 60 tennist fil-kategorija tal-irġiel u ħdax f’dik tan-nisa b’parteċipazzjoni minn 20 pajjiż .