L-Għaqda tat-Trobbija tal-Ħut ser tkun qed terga torganizza il-wirja annwali tagħha wara nuqqas ta sentejn minħabba il-pandemija. Din is-sena il-wirja qed tiġi imtellà fil-klabb ta l-Għaqda stess gewwa 37, Triq is-Summiena fil-Fgura.
Il-wirja ser tkun miftuħa ghall-pubbliku mis-Sibt 17 sal-Ħadd 25 ta Settembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ se jkunu mid-9am sat-8pm is-Sibtijiet, Ħdud u fil-festa Pubblika tal-21 ta Settembru. Matul il-Ġimgha, il-wirja tiftaħ bejn l-4pm u is-7pm.
Din is-sena ser inkunu qed naraw madwar 160 akwarju b’ħut differenti fihom. L-izgħar hut li wieħed jista jara huma zgħar ta madwar 10mm waqt li l-akbar ħut huwa ta daqs ta madwar 30 cm. Dawk li jigu jżuru il-wirja jistgħu ukoll jaraw hut li mhux daqstant komuni bhal ‘’ weather loaches ‘’ u ‘’bichirs ‘’. Barra minn dan, wieħed jista ukoll jara ħut li peress li jghix f’gherien fil-Messiku, dawn tilfu l-għajnejn minħabba li ma hemmx aktar bżonn taghħom.
Barra minn dan ta hawn fuq, wieħed jista jara ukoll diversi akwarji li jkun fihom diversi frieħ li jkunu rabbew mid-dilettanti stess. Jistgħu jintrebħu ukoll diversi premjijiet sbieħ.
//= $special ?>