Lokali Qorti

13-il xahar ħabs għal Sirjan fuq traffikar ta’ persuni

Sirjan ta’ 50 sena, ġie kundannat 13-il xahar tard it-Tnejn filgħaxija wara li ammetta li flimkien ma’ persuni oħra kien involut fi traffikar tal-bnedmin. Huwa ammetta quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit u ngħata l-minimu tal-piena f’każ li nstema’ bil-magħluq.

L-akkużat ġie arrestat wara li bejn it-13 u l-14 ta’ Settembru numru ta’ persuni daħlu f’Dellimara b’mod illegali. Huwa ngħata l-minimu tal-piena possibbli fil-liġi sabiex ikun jista’ jixhed kontra individwi oħra, li jinsabu arrestati u miżmuma mill-Pulizija.

Wara l-investigazjonijiet li saru, il-pulizija waslu għar-raġel li allegatament kien il-moħħ wara din il-wasla. Fi stqarrija l-pulizija qalet li f’dan l-istadju mhux teskludi li tarresta persuni oħra, minkejja li diġa saru xi arresti b’rabta ma’ dan il-każ.

Minn investigazzjoni li għadha għaddejja fuq il-wasla ta’ dgħajjes ta’ migranti mingħajr dokumenti mil-Libja fil-Bajja ta’ Delimara. Is-Sirjan huwa bbażat f’Malta tressaq wara investigazzjoni dwar min seta’ kkoordina l-operazzjoni ta’ traffikar tal-bnedmin.

Fi stqarrija maħruġa qabel ma tressaq, il-pulizija qalet li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u ma jeskludux aktar arresti. L-Ispettur Karl Roberts qed imexxi l-prosekuzzjoni. L-avukati Arthur Azzopardi u Jacob Magri dehru għas-Sirjan.