Sport Sport Ieħor

Snooker – British Open: Williams se jibda jiddefendi t-titlu kontra Petrov

Bejn is-26 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru fil-Marshall Arena f’Milton Keynes, edizzjoni oħra tal-British Open tas-Snooker.

L-attenzjoni tibqa’ fuq Mark Williams rebbieħ tal-aħħar edizzjoni meta kien għeleb 6 frames għal 4 lil Gary Wilson.

Professjonali mill-1992, il-plejer minn Wales numru tmienja fid-dinja jibda jiddefendi t-titlu kontra Andres Petrov tal-Estonja. Williams għaddej minn mument pożittiv fejn wasal sas-semi finali tal-Kampjonat tad-Dinja fejn tilef 17-16 kontra Judd Trump u fil-Masters tilef 6-5 kontra Neil Robertson.

F’din l-edizzjoni l-attenzjoni fuq Mark Selby, Zhao Xintog, Judd Trump u Ronnie O’Sullivan b’dan tal-aħħar mistenni jirritorna wara li ilu wieqaf minn Lulju minħabba uġiegħ fil-minkeb. Ta’ 46 sena, Ronnie O’Sullivan rebaħ darba biss il-Bristish Open meta 28 sena ilu, fil-finali tal-1994 għeleb lil James Wattana 9-4