Budget 2023 Lokali

Imħabbra d-data tal-Budget 2023

Il-budget għas-sena d-dieħla se jigi prezentat fil-Parlament fl-24 ta’ Ottubru li ġej mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana. Dan ifisser li issa fadal biss erba gimghat u nofs biex il-Gvern jikkonkludi l-programm finanzjarju tieghu ghat-12-il xahar li ġejjin.

Kien ghalhekk li l-Forum Unions Maltin, il-General Workers Union, il-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin, u l-UHM Voice of the Workers talbu laqgħa urgenti mal-Gvern sabiex ikun diskuss mekkaniżmu ġdid taż-żieda għal-għoli tal-ħajja. Din l-azzjoni ttieħdet hekk kif il-Gvern kien ħabbar li l-COLA fil-budget li jmiss se tkun bejn €9 u €10.

Il-unions – f’mossa rari – saħqu li l-proposta tagħhom tassigura li l-mekkaniżmu l-ġdid jaħdem b’mod effettiv għall-bżonnijiet tal-ħaddiema kif ukoll għal min iħaddem.

Stharrig li kien sar mill-Malta Employers Association kien wera li 28% biss tan-negozji huma kapaci li jassorbu l-piż tal-COLA huma stess; u allura…dan se jiġi rifless fil-prezzijiet li jħallsu l-konsumaturi.

Apparti l-COLA, hemm stennija fil-Budget ghall-mod li bih il-Gvern se jkun qed inaqqar mill-flus allokati ghal diversi setturi – kif diga ghamel lill-Universita. Sa issa, il-Gvern zamm skiet totali dwar minn fejn se jkun qed jissikka c-cintorin biex ilahhaq mal-pressjoni finanzjarja tal-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi.

Skiet totali anke dwar il-futur tal-AirMalta, minkejja illi kollox jindika li l-Gvern se jmur ghat-triq illi jaghlaq il-linja nazzjonali tal-ajru.