Ċifri li għandu f’idejh Net Television juru li waqt ix-xandira tal-funeral tar-Reġina Eliżabetta II l-udejnzi Maltin għażlu lil Net biex isegwu dan l-avveniment storiku. Fil-fatt, Net TV kellu udjenza akbar minn TVM u akbar mill-One.
Net Television kellu xandira li wasslet filmati diretti minn Londra, u kummentarju kontinwu mill-istudios tagħna bis-sehem ta’ diversi esperti. Kif ukoll features preparati mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Net TV.
Il-crew tekniku ħaseb biex iwassal produzzjoni mill-aqwa ta’ dan l-avveniment li kien segwit minn miljuni madwar id-dinja kollha.
Fuq Net TV, wassalna wkoll kollegamenti mill-kapitali Ingliża, u intervisti ma’ żgħażagħ li iltaqgħu personalment mar-Reġina Eliżabetta II.
//= $special ?>