Kalendarju rekord ta’ 24 Grand Prix ġie kkonfermat mit-tmexxija tal-Formula 1 għall-istaġun 2023.
Grand Prix f’Las Vegas u r-ritorn tal-Qatar u ċ-Ċina jagħmlu s-sena d-dieħla l-itwal staġun li qatt sar minkejja li m’hemmx il-Grand Prix ta’ Franza. L-istaġun jibda fil-Bahrain fil-5 ta’ Marzu 2023 u jispiċċa f’Abu Dhabi fis-26 ta’ Novembru 2023. Las Vegas se jkun il-Gran Prix ta’ qabel tal-aħħar fit-18 ta’ Novembru, filwaqt li ċ-Ċina ngħatat data tas-16 ta’ April wara assenza ta’ tliet snin minħabba l-pandemija tal-Covid. Monaco u l-Belġju żammew posthom wara li kisbu kuntratti ġodda – dak ta’ Monaco sal-2025, filwaqt li dak fil-Belġju għal sena waħda biss.
Il-Grand Prix tal-Ingilterra se jsir fid-9 ta’ Lulju. Għad hemm xi dubji dwar iċ-Ċina bħala riżultat tas-sitwazzjoni fil-pajjiż riżultat tal-Covid fejn l-F1 trid serħan il-moħħ mill-gvern Ċiniż dwar kif qed jippjana li jimmaniġġja kwalunkwe każ pożittiv qabel ma jsir il-Gran Prix s-sena d-dieħla. Ma kienx hemm dettalji tal-avvenimenti li se jkunu ‘sprints’, b’tiġrija iqsar is-Sibt li tiddeċiedi l-grid għall-Grand Prix ewlieni.
L-F1 trid iżżid in-numru ta’ dawn minn tlieta għal sitta fl-2023, u qablet dan mat-timijiet . Il-President tal-F1 Stefano Domenicali qal li ż-żieda fin-numru ta’ tiġrijiet kienet riflessjoni tal-fatt li Formula 1 għandha domanda bla preċedent biex torganizza tlielaq u huwa importanti li jinstab bilanċ tajjeb għall-isport kollu.
//= $special ?>