L-Uffiċċju tal-Prim Ministru tal-Kanada qed jiddefendi l-aġir ta’ Justin Trudeau meta, bħalissa, qed jiċċirkola filmat tal-istess Trudeau waqt li qed ikanta qrib ta’ pjanista fil-lukanda Corintha ta’ Londra.
Il-filmat, li nġibed jumejn qabel il-funeral tar-Reġina Eliżabetta t-Tieni, qajjem furur peress li l-Prim Ministru Trudeau kien fost il-mistednin distinti għal dan il-funeral, b’diversi kummentaturi jirrimarkaw dwar nuqqas ta’ rispett u imġieba li ma tixraqx lil Prim Ministru ta’ pajjiż.
Fil-filmat li qed idur fuq il-media soċjali, Justin Trudeau jidher waqt li qed ikanta l-kanzunetta Bohemian Rhapsody ta’ Queen. Trudeau, li kien liebes t-shirt, dak il-ħin kien akkumpanjat minn Gregory Charles, musiċista minn Quebec u meta d-delegazzjoni tiegħu kienet alloġġjata fil-lukanda Corinthia fil-jiem ta’ qabel il-funeral.
Ir-Reġina kienet il-Kap tal-Istat tal-Kanada u Justin Trudeau kien iddikjara d-19 ta’ Settembru, jum il-funeral bħala jum ta’ luttu fil-Kanada.
Madankollu, il-kritika għas-sessjoni tal-kant ma naqsitx,b’Andrew Coyne, artikolista mal-Globe and Mail, jinsisti li dan kien mument mill-aktar embarazzanti u li l-Prim Ministru Kanadiż ġab ruħu b’mod irresponsabbli f’post pubbliku u fis-sigħat ta’ qabel il-funeral tar-Reġina.
//= $special ?>

