Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara t-tmiem tal-pandemija tal-Covid-19 fl-Istati Uniti anki jekk komplew jitilgħu n-numru tal-Amerikani li mietu mill-virus.
Biden, waqt intervista lill-programm 60 Minutes tal-Istazzjon CBS, qal li ‘l-awtoritajiet ikkonċernati għadhom qegħdin jaħdmu fir-rigward tal-virus, iżda fl-istess ħin hu jista’ jgħid li l-pandemija spiċċat.’
Anki l-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Tedros Adhanom Ghebreyesus, kien ħabbar, jiem ilu, li ‘id-dinja qed tavviċina t-tmiem tal-pandemija’.
Madankollu l-istatistika turi li ‘il fuq minn 400 Amerikan bħala medja għadhom qed imutu kuljum bil-Covid 19. Min-naħa tagħhom, l-uffiċjali tal-Amministrazzjoni xorta infurmaw lill-media Amerikana li l-kummenti ta’ Biden ma jfissrux bidla fil-politika għall-konteniment tal-virus u meta għalissa mhemmx pjani għat-tneħħija tal-emerġenza tas-saħħa pubblika dovuta għall-Covid u li għandha tkompli sat-13 ta’ Ottubru.
//= $special ?>

