Sport Sport Ieħor

Tazza tad-Dinja tat-Table Football: Malta tirbaħ il-kategorija tal-Veterani

Suċċess għal Malta Table Football Association f’Ruma, hekk kif it-tim Nazzjonali tal-Veterani rebaħ il-kategorija tiegħu, fit-23 Edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Federazzjoni Internazzjonali tat-Table Football.

It-tim Malti magħmul minn Mario Camilleri, Jason Pisani, Massimo Cremona u Charles Aquilina wara li fl-ewwel fażi għeleb lil Awstrija 3-0 u lil Portugall 3-0 temm fi draw ta’ 2-2 kontra l-Italja sabiex fl-aħħar partita rebaħ lil Franza 4-0.

Fis-semi finali Malta għelbet lil Greċja 2-1 sabiex Malta għaddiet għal finali u eventwalment rebħet lill-Italja 2-1.

Fil-kompetizzjoni Open individwali tal-Veterani Jason Pisani għadda għal finali fejn tilef bl-iskor ta’ 2-1 kontra Gianfranco Calonico tal-Italja. Fil-kategorija ta’ taħt l-20 sena, Jamie Bonnici wasal sal-finali fejn tilef 3-1 kontra Leandros Sourlas tal-Grecja.

It-tim ta’ taħt is-16 -il sena li spiċċa fit-tielet post fil-kategorija.