Eġizzjan ta’ 35 sena residenti Birżebbuġa nżamm arrestat wara li kien mixli bi traffikar ta’ immigranti f’Malta.
L-Eġizzjan ġie mixli li fl-14 ta’ Settembru li għadda għen sabiex jidħlu l-immigranti f’pajjiżna b’mod illegali. Barra minn hekk, l-Ispettur Karl Roberts qal li l-akkużat saq bastiment mingħajr liċenzja.
L-Eġizzjan wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih filwaqt li d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest f’dan l-istadju.
//= $special ?>