Internazzjonali Lokali

Il-Parlament Irlandiż isellem lil Malta Indipendenti

Illum il-Parlament Irlandiż sellem lil Malta Indipendenti. Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu, is-Sentar u Speaker tas-Senat Irlandiż Mark Daly sellem lill-poplu Malti f’dan il-jum tant importanti għal pajjiżna.

Bħalissa delegazzjoni Maltija tinsab l-Irlanda fi żjara uffiċjali fejn qed isiru numru ta’ diskussjoniji dwar suġġetti varji li jinteressaw liż-żewġ pajjiżi.

Id-delegazzjoni Maltija tikkonsisti fost l-oħra mill-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia u mid-Deputati Nazzjonalisti Robert Cutajar u Graham Bencini.