Internazzjonali Lokali

“Il-PN dejjem poġġa lill-individwu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu” – Roberta Metsola

Għalija li titkellem dwar il-ħajja u kif tista’ tkun aħjar ifisser li inti trid tagħmel il-mezz kollu tiegħel li kull deċiżjoni li tieħu ittjjeb il-ħajja ta’ ħaddieħor” 

Din hija parti minn intervista esklussiva li fl-aħħar jiem il-Kap tal-Aħbarijiet ta’ Net News Robert Cremona għamel lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

Hija qalet li huwa importanti li l-politiċi jidirizzaw l-problemi li jeżistu fis-soċjetà u li qed jaffettwa il-ħajja ta kulħadd fosthom l-għoli tal-ħajja, ix-xogħol, l-edukazzjoni u s-saħħa.

Ma naqasx li Roberta Metsola titkellem dwar il-gwerra fl-Ukrajna li bla dubju qed tħalli l-effetti tagħha fuq l-ekonomiji kollha tad-dinja.

Matul din l-intervista Roberta Metsola tkellmet ukoll dwar l-esperjenza tagħha f’dawn it-tmien xhur li ilha f’din il-kariga… kariga li hija waħda ta’ responsabbilta kbira li matulha qed ikollha l-opportunità li tiltaqa’ ma’ diversi mexxejja u persuni minn madwar id-dinja kolha.

L-intervista sħiħa se tixxandar illejla wara l-bulettin tal-aħbarijiet tas-19.30.