Lokali

“Irridu niefqu ninqdew bil-politika biex naslu l-ewwel u jkollna rikonoxximent u nistgħanew” – L-Arċisqof Charles Scicluna

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-jum tal-Indipendenza bdew b’Pontifikal Statali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, immexxi mill-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna, u li għalih attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiz, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech flimkien mas-Sinjuar AnneMarie Grech, il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella, kif ukoll il-Ministru Owen Bonnici, l-Aġent Speaker David Agius, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra, membri tal-Ġudikatura u membri mill-Korp Diplomatiku.

Fl-omelija tiegħu l-Arċisqof Charles J Sicluna għamel aċċenn fuq l-importanza tad-dmir li għandhom il-politiċi… li jagħtu servizz mingħajr ma jistennew xejn lura, fejn hawn appella biex il-politiċi jidħlu fil-politika b’umiltà.

“Din l-istedina mhijiex biss stedina għal etikett formali u essenzjali ta’ korrettezza u korteżija imma hija wkoll tagħlima biex f’kulma nagħmlu, b’mod speċjali dak li hu servizz pubbliku, nevitaw il-marda u l-kankru tal-‘arriviżmu’, jiġifieri li ninqdew bil-politika biex naslu l-ewwel u jkollna rikonoxximent u nistagħnew.

Huwa qal li l-ktirika distruttiva tkisser lill-individwi u ssir velenu fit-tessut soċjali. Għalhekk appella biex ikun hemm djalogu onest, sinċier u leali.

L-Arċisqof appella biex in-nazzjon tagħna ikun dejjem ibbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà. Dan filwaqt li l-politika għandha d-dover mhux biss li tħaddem l-ekonomija għall-ġid komuni imma wkoll li tikkoreġi l-liġijiet tas-suq, li ħafna drabu jħallu lura lil dawk li huma l-aktar fil-bżonn. Kien hawn fejn sellem lill-ħaddiema tal-Forzi Armati ta’ Malta għall-ħidma imprezzabbli tagħhom.

“Din is-solidarjetà mhux biss għandha titħaddem fostna u bejnietna, imma anke ma’ ħutna li fil-Mediterran iħabbtu fuq il-bieb tal-qalb tagħna. Aħna nistgħu ngħidu li ma nistgħux inġorru piż li huwa ħafna ikbar mir-riżorsi tagħna imma dan ma jiġġustifikax li nwebbsu qalbna għal kull għajta ta’ għajnuna.

Huwa appella biex is-sens ta’ servizz u ta’ solidarjetà jkunu applikati wkoll għall-ambjent li huwa portagonist silenzjuż fil-ħajja tagħna. L-Arċisqof qal li huwa vitali li nibqgħu nħarsu l-wirt kulturali, arkitettoniku u naturali ta’ pajjiżna għax huwa d-dmir tagħna li nagħmlu dan għall-ġenerazzjonijiet futuri.

“Din is-sbuħija, li tagħmel lill-gżejjer tagħna ambjent straordinarjament imprezzabbli, irridu nieħdu ħsiebha b’impenn komuni u solidali. Irridu nibdew billi ninsew l-interessi personali ta’ kull wieħed u kull waħda minna biex nifhmu li dawn ikunu verament imħarsa meta nieħdu ħsieb lil xulxin.”

Il-Kap tal-Knisja f’Malta sellem it-tifkira tar-Reġina Eliżabetta II li fl-1964, iffirmat il-Letter Patent li taw l-Indipendenza lil Malta.

Bħal ma jsir f’nhar l-Indipendenza… il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien fost il-mexxejja tal-Istat li poġġew fjuri f’riġlejn il-Monument fil-Furjana li jissimbolizza l-kisba tal-Indipendenza.

Fost dawk li poġġew il-fjuri kien hemm ukoll il-President tar-Repubblika George Vella kif ukoll il-Ministru Owen Bonnici.  

L-armata ippartecipat f’din ic-cerimonja billi sellmet lin-nazzjon b’21 tir…u c-celebrazzjoni intemmet bid-daqqa tal-innu Malti mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Ritratti: Matthew Tabone