Lokali

Iweġġa’ gravi wara inċident bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 54 sena residenti Birkirkara, weġġa’ f’incident tat-traffiku fil-limiti ta’ Tal-Balal, l-Iklin.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00am, u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda misjuq mill-vittma u Kia Picanto misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Birkirkara wkoll.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.