Lokali Qorti

Jingħata 200 siegħa xogħol fil-komunita’

Żagħżugħ ta’ 25 sena residenti n-Naxxar ingħata 200 siegħa xogħol fil-komunità wara li ammetta li żamm oġġetti misruqa u li kien biegħ oħrajn. Dan il-każ seħħ f’Diċembru tal-2020.

Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia fis-sentenza qieset il-fatt li dan iż-żagħżugħ ikkopera mal-Pulizija kif ukoll ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih b’mod immedjat.

Barra minn hekk, ir-rapport tal-uffiċjal tal-probation jgħid li ż-żagħżugħ huwa persuna ta’ riskju baxx u li għandu jibqa’ ffukat fuq ħajtu. Ir-rapport kompla jgħid li għandu juri kemm hu ddixxiplinat fl-imġieba tiegħu u li ma jerġax jirrepeti dan l-iżball.

Kien għalhekk li l-maġistrat laqgħet it-talba tax-xogħol fil-komunita’ u tpoġġa fuq ordni ta’ probabtion għal tliet snin.