Internazzjonali

Stati Uniti: Donald Trump u tlieta minn uliedu qed jiċħdu l-allegazzjonijiet dwar il-frodi

Fil-qorti għadu kemm tressaq rikors dwar frodi fil-konfront tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump u tlieta minn uliedu.

Ir-rikors qed jallega li l-Organizzazzjni ta’ Trump, li hi entità kummerċjali rinomata, wettqet ‘diversi’ azzjonijiet ta’ frodi bejn l-2011 u l-2021.

L-Avukat Ġenerali ta’ New York, Letitia James, qed titlob biex qorti tipprojbixxi lil Trump u uliedu milli jservu bħala uffiċjali jew diretturi fi kwalunkwe intrapriża fi New York.

Intant, kelliema għal The Trump Organization qed jiċħdu għal kwalunkwe aġir illegali jew forma ta’ misapproprjazzjoni.