TimSport PN organizza bosta attivitajiet ta’ Sport biex ifakkar it-58 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza.
Fil-korsa f’Ta’ Qali fuq rotta ta’ 5 kilometri , Chris Micallef irrepeta s-success tas-sena li għaddiet meta daħal fl-ewwel post f’16-il minuta u 8 sekondi b’Jan Degiorgio fit-tieni post fi 17-il minuta u 8 sekondi filwaqt li Neil Brimmer daħal fit-tielet post fi 17-il minuta u 22 sekonda.
Il-kategorija tan-nisa dominata minn Carmen Hili li temmet id-distanza f’19-il minuta 52 sekonda filwaqt li Michelle Cordina daħlet fit-tieni post f’21 minuta 42 sekonda u sekonda warajha fit-tielet post daħlet Nicki Camilleri.
Fix-Shooting Range Internazzjonali f’Ta’ Kandja saret il-kompetizzjoni Trap fejn hadu sehem xejn anqas minn 23 tiratur.
Kompetizzjoni mirbuħa minn Emanuel Bugeja li laqat 23 plattina daqs Angelo Ciappara rebah 2-1 wara shoot off. Fit-tielet post temm Gianluca Chetcuti bi 22 plattina.
Warajhom Ronnie Deguara b’21 plattina, James Galea Jr. B’ 20 u William Chetcuti b’19-il plattina.
Preżenti għall-attivitajiet Michael Piccinino Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista, Christian Micallef u Paula Briffa Chairman u Segretarju Generali ta’ TimSport PM flimkien mal-ufficjali Andre’ Muscat, Maria Mifsud Bonnici u Roderick Vella.
//= $special ?>