Lokali

Anzjan isofri ġrieħi gravi wara inċident b’mutur tal-ħart

Anzjan ta’ 88 sena residenti r-Rabat sofra ġrieħi gravi wara inċident li kellu b’mutur tal-ħart f’għalqa fi Triq Għajn Qajjet, ir-Rabat għall-ħabta tad-9:15 ta’ dalgħodu.

Il-Pulizija marret fil-post u hemmhekk irriżulta li l-anzjan kien sofra xi ġrieħi. Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.