Ċiklist qed isofri minn ġrieħi gravi wara li mara li kienet f’karozza pparkjata fetħet il-bieba tal-karozza fuq il-vittma waqt li kien għaddej minn Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-8:45am.
Tim mediku mill-Isptar Mater Dei mar fuq il-post fejn taw l-ewwel għajnuna u ttieħed l-Isptar għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>