Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Ikompli l-bidu perfett ta’ Nadur Youngsters

Nadur Youngsters 3-1 Għajnsielem

Nadur Y komplew bil-bidu perfett tagħhom meta għelbu lill-isfidanti tagħhom Għajnsielem 3-1. It-tim immexxi minn Mark Buttigieg fetaħ l-iskor wara kwarta logħob permezz ta’ Marcelo Barbosa biex kwarta wara kien l-eks Igor Nedelkjovic li għamel l-iskor 2-0, skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.

Nadur komplew fejn ħallew u minuta biss mill-bidu tat-tieni taqsima reġa kien Barbosa li skorja għal Nadur. Għajnsielem skorjaw il-gowl ta’ konsulazzjoni fil-71 minuta permezz ta’ Claudio Henrique Da Silva Barbosa.

Referee: Ishmael Barbara

Victoria H jibqgħu bla punti

Victoria Hotspurs 1-3 Xewkija Tigers

F’partita bejn żewġ timijiet li kienu ġejjin minn telfa fl-aħħar ħarġa tagħhom kienu Xewkija T li ħadu t-tliet punti meta għelbu lil Victoria H 3-1.

Kienu l-Hotspurs li fetħu l-iskor fit-12-il minuta b’gowl ta’ Lucas Farrugia, gowl li iżda ma damux igawdu hekk kif erba’ minuti wara Rodney Buttigieg ġab id-draw għal Xewkija. Meta t-timijiet dehru li dieħlin jistrieħu f’parita, żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari Damir Andelovic tefa’ lil Xewkija minn fuq.

Xewkija ssiġillaw ir-rebħa fit-53 minuta b’gowl ta’ Matthias Mercieca biex kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun filwaqt li Victoria H baqgħu bla punti minn tliet partiti.

Referee: Philip Farrugia