Għall-ħabta tan-12:30pm ċediet gallerija ta’ dar fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Net News li fid-dar ta’ fejn waqgħet il-gallarija ma joqgħod ħadd.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili biex ineħħu l-ġebel li nxtered tul il-bankina u jassiguraw li m’hemmx iktar periklu.
Fortunatament, l-ebda persuna ma kienet għaddejja minn taħt il-gallarija fil-ħin li waqgħet.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>