Ambjent Lokali

Il-Pulizija tiġbor tajr protett minn għalqa f’Ħal Għaxaq

Il-Pulizija ġabru mal-140 tajra protetta li instabu f’għalqa f’Ħal Għaxaq.

Fi stqarrija, il-kumitat tal-CABS qal li din kienet waħda mill-akbar operazzjonijiet tax-xorta tagħha li qatt saret f’pajjiżna.

It-tjur li instabu maqbuda kienu jinkludu vrieden, ġojjini, sponsuni, gardell u speci ohrajn.

L-ghasafar kollha ġew spezzjonati minn veterinarju, u aktar tard il-maġġoranza tagħhom ittajru fir-riserva naturali tal-Għadira.

Sfortunatament, skont il-CABS, tmienja mit-tjur spiċċaw mietu, filwaqt li oħrajn kienu f’sitwazzjoni tali li ma setgħux jiġu rilaxxati.