Lokali

Jittajjar anzjan minn karozza f’Ħal Balzan

Anzjan ta’ 74 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq il-Wied, Ħal Balzan għall-ħabta tat-8:15am.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-anzjan intlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lill-anzjan u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.