Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-inflazzjoni f’Awwissu kompliet tispara ‘l fuq, u l-Indiċi tal-Prezzijiet laħaq livelli rekord.
Skont l-NSO, ir-rata tal-għoli tal-ħajja kif imkejla matul ix-xahar li għadda kienet tqarreb is-7 fil-mija.
L-istess statistika turi kif kellna żieda fl-għoli tal-ħajja sa minn Diċemvru tas-sena 2020; bil-prezzijiet jogħlew xahar wara l-ieħor għal kważi sentejn sħaħ.
Dan ifisser ukoll li d-daqqa tal-inflazzjoni ilha ġejja sa minn qabel il-gwerra tal-Ukrajna.
L-istatistika għal Awwissu turi li l-akbar kontributur għall-inflazzjoni kien il-prezz tal-ikel. Dan wara li rajna żidiet fil-prodotti bażiċi kollha tal-ikel; b’uħud minnhom ikunu żidiet kbar ħafna, għall-prodotti tal-ikel li nużaw ta’ kuljum.
Imbgħad kien hemm ukoll żidiet fi prodotti oħra bħal apparat domestiku, ikel tal-annimali, prodotti tal-ħasil, għamara u anke ż-żebgħa.
//= $special ?>