Budget 2023 Ekonomija Lokali

Robert Abela jixxaħħaħ ma’ min hu fil-bzonn imma jassigura li l-ftit tal-qalba jiffangaw bla limitu – PN

Fi żmien meta l-messaġġ tal-Gvern ta’ Robert Ablea hu li l-poplu se jkollu jagħmel is-sagrifiċċji fil-futur qrib minħabba l-kriżi finanzjarja li qed joħloq l-istess Gevrn.

Fl-istess żmien meta eluf ta’ familji qed ibatu minħabba l-għoli tal-ħajja.

Fl-istess żmien meta qed jgħidulek biex tissikka ċ-ċinturin.

Fl-istess żmien meta l-Gvern qed jixxaħħaħ mal-edukaturi u mal-edukazzjoni ta’ pajjiżna.

Fl-istess żmien meta l-Gvern qed jixxaħħaħ mas-Saħħa tal-poplu.

Bħalissa, Robert Abela jinsab New York akkumpanjat minn delegazzjoni enormi, komposta minn persuni li hu evidenti li ma kienx hemm għalfejn jitligħu miegħu, b’kollox imħallas minn flus il-poplu. Id-delegazzjoni ta’ Robert Abela fi New York se tiswa lill-poplu Malti €140,000, hekk kif irraputtat illum fit-Times of Malta.

U meta l-Ministru tal-Finanzi qalilna li jrid iqaċċat madwar €200 miljun mill-budget allokat għal din is-sena.

Il-PN fi stqarrija qal li dan hu Gvern li ma jafx jipprijoritizza u li qed jaħli flus il-poplu. Dan hu Gvern li jixxaħħaħ ma’ min hu fil-bzonn, filwaqt li jassigura li l-ftit tal qalba jiffangaw bla limitu. Dan kollu qed isir minn flusna, minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, tgħid l-istqarrija maħruġa mid-deputati Nazzjonalisti Jerome Caruana Cilia u Beppe Fenech Adami.