Futbol Sport

UEFA Nations League: Skozja jitilgħu fl-ewwel post b’rebħa fuq l-Ukrajna

(Ritratt: EPA)

L-Erbgħa filgħaxija ntlagħbet logħba waħda biss mill-UEFA Nations League fejn minn League B Grupp 1 f’Hampden Park Skozja għelbu lil Ukrajna 3-0. Tliet gowls fl-aħħar għoxrin minuta kienu biżżejjed għat-tim immexxi minn Steve Clarke biex fi tmiem ir-raba’ ġurnata tal-kompetizzjoni telgħu fl-ewwel post fi Grupp 1 b’9 punti, tnejn aktar mill-Ukrajna.

Bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima fejn għajr li Taras Stepanenko u Valeri Bondar kienu ammoniti ftit li xejn azzjonijiet offensivi fuq il-lasti difiżi rispettivament minn Craig Gordon u Anatolii Trubin. Sas-70 minuta l-andament baqa’ l-istess iżda l-mument li John Mc Ginn għeleb lil Trubin fis-70 minuta, il-partita ħadet xejra differenti. Fit-80 minuta minn azzjoni ta’ Ryan Fraser kien Lyndon Dykes li għamel l-iskor 2-0. B’Yaremchuck, Sydorchuk u Malinovski ammoniti, tliet minuti minn tmiem il-partita kien mill-ġdid Lyndon Dykes li minn pass ta’ Fraser għeleb lil ġdid lil Trubin għat 3-0

Referee tal-partita kien Maurizio Mariani (Italja)

Logħob għal-lum:

League A:

20:45 – Belġju vs Wales

20:45 – Kroazja vs Danimarka

20:45 – Franza vs Awsrija

20:45 – Polonja vs Olanda

League C:

20:45 – Każakistan vs Belarus

20:45 – Litwanja vs Gżejjer Faroe

20:45 – Slovakkja vs Ażerbajġan

20:45 – Turkija vs Lussemburgu

League D:

18:00 – Latvja vs Moldova

20:45 – Liechtenstein vs Andorra