Edukazzjoni Lokali

L-inċertezza li qed iħabbtu wiċċhom magħha t-tfal mhix fl-aħjar interess tagħhom

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni fi ħdan il-Kulleġġ San Albert.

L-inċertezza li qed jiffiċċaw it-tfal mhijiex fl-aħjar interess tagħhom. Wara sentejn ta’ tħarbit minħabba l-Covid-19, it-tfal m’għandhomx jitpoġġew f’ sitwazzjoni bħal din, li qed toħloq stress u ansjetà fost it-tfal u l-ġenituri. It-tfal għandhom dritt li jibdew sena skolastika ġdida f’ambjent seren u akkoljenti.

Għaldaqstant, l-Uffiċċju jħeġġeġ il-partijiet kollha sabiex isibu soluzzjoni minnufih fl-aħjar interess tal-istudenti kollha.