Lokali

Repubblika se tressaq ilment formali kontra digriet li ħadet il-Maġistrat Lia

Il-Maġistrat Nadine Lia

Repubblika se tkun qed tressaq ilment formali quddiem il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja kontra digriet li ħadet ilbieraħ il-Maġistrat Nadine Lia hekk kif qed iqisuh bħala digriet li kisert il-Kodiċi ta’ Etika tal-Ġudikatura.

Id-digriet ngħata wara seduta ta’ 40 sekonda li saret fil-15 ta’ Settembru li għadda fil-kawża li Repubblika qed tagħmel kontra l-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu passi kontra l-persuni kollha indizjati fl-Inkjesta tal-Bank Pilatus.

Fi stqarrija, Repubblika qalet li d-digriet fih bosta affermazzjonijiet tal-Maġistrat Lia li ma jikkorrispondux għall-verità tal-fatti. Kien fid-dawl ta’ dan li ddaħlet nota fl-atti tal-kawża li Nadine Lia qed tippressjedi. Ma’ din ġie ppreżentat ukoll affidavits b’rendikont dettaljat bil-ġurament tagħhom ta’ dak li verament ġara waqt u wara seduta.