Lokali

Science in The City bi spettaklu varju fil-Belt Valletta

Din is-sena, il-Festival ta’ ‘Science in The City’ (SitC) se joffri varjetà kbira lill-viżitaturi.

Wieħed se jkun qed isib l-artist, mużiċist u umoristiku renomat John Hinton, teknoloġija forensika avvanzata, u r-regoli tal-fiżika f’spettaklu sportiv li ser jittella mill-BMX Riders ta’ l-’MSSA’.

Fit-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru 2022, ‘Science in the City’ ser jkun qed iseħħ ġewwa l-binja storika ta’ Forti Sant’ Iermu, Sala San Duminku u Spazju Kreattiv, u se jikkonkludi fi 7 t’ Ottubru permezz ta’ festival diġitali.

“It-tema ta’ din is sena, ‘Taking Root’, għandha tifsira differenti kull darba li naħseb fuqha,” qal Jan-Marc Bleck, minn SitC 2022. “Tirreferi ghall-pjanti u s-siġar u l-għarfien li għandna bżonn nieħdu azzjoni konkreta jekk ser noħolqu futur fuq din il-pjaneta, sejħa ghal azzjoni biex ngħid hekk. Tirreferi wkoll għal kunċett tax-xjenza u kreattivita’ li huma relatati mill-qrib, li aħna nittamaw li qed jieħdu l-għeruq fis-soċjetà tagħna.

Minbarra l-avvenimenti ewlenin fil-Belt Valletta, se jkun hemm wkoll diversi avvenimenti mifruxa f’ postijiet oħra. Spazju Kreattiv se jospita l-ispettaklu ta’ pupazzi Kids Dig Science li jieħu spunt mix-xewqa tat-tfal li jesploraw u jiskopru biex jgħallimhom isolvu l-problemi b’mod kreattiv. It-tempju megalitiku ta’ Buġibba se jkun post speċjali għal preżentazzjonijiet, wirjiet, u poeżija, filwaqt li l-belt fortifikata tal-Isla se tkun l-isfond għall-prestazzjoni interattiva tat-teatru fit-toroq li tqarreb flimkien id-dinja diġitali u dik reali bl-użu ta’ app li sar apposta.

Dawn l-attivitajiet, u iktar, ser jagħmlu parti mill-festival ta’ ‘Science in the City’ li ser iseħħ di s-sena.

Għal iktar informazzjoni żur is-sit ta’ Science in the City.

Ritratti: Gianluca Vella/Elisa von Brockdorff