Futbol Sport

UEFA Nations League: Rebħiet għal Franza, Kroazja u Olanda

League A – Grupp 1 

Franza 2-0 Awstrija

Fi Stade de France, 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fis-56 minuta Franza marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kylian Mbappe li għeleb lil Patrick Pentz. Ebda reazzjoni mill-Awstrija l-aktar wara li fil-65 minuta minn azzjoni ta’ Antoine Griezmann kien Oliver Giroud li mill-ġdid għeleb lil Pentz.

Kroazja 2-1 Danimarka

Fid-49 minuta kien Borna Sosa li fetaħ l-iskor wara li għeleb lil Kasper Schmeichel biex poġġa lil Kroazja fil-vantaġġ. Reazzjoni mid-Danimarka li fis-77 minuta kisbet id-draw. Minn azzjoni gta’ Joakim Maehle kien Christian Eriksen li għeleb lil Dominik Livakovic għal 1-1.Għaddew żewġ minuti meta minn azzjoni ta’ Bruno Petkovic, Lavro Majer għeleb lil Schmeichel għat 2-1

League A – Grupp 4

Polonja 0-2 Olanda

F’Varsavja, wara biss 14-il minuta Olanda marru fil-vantaġġ wara li Cody Gakpo minn azzjoni ta’ Denzel Dumfies għeleb lil Szczesny. Olanda rduppaw fis-60 minuta wara li Steven Bergwijn minn azzjoni ta’ Vincent Janssen għeleb mill-ġdid lil Szczesny.

Riżultati:

League A:

Belġju 2-1 Wales

Kroazja 2-1 Danimarka

Franza 2-0 Awstrija

Polonja 0-2 Olanda

League C:

Każakstan 2-1 Belarus

Litwanja 1-1 Gżejjer Faroe

Slovakkja 1-2 Ażerbajġan

Turkija 3-3 Lussemburgu

League D:

Latvja 1-2 Moldova

Leichtenstein 0-2 Andorra