Futbol Sport

Futbol tan-Nisa: Faċli għal Mġarr u Hibernians fl-ewwel ġurnata

(Ritratt: MFA)

San Ġwann 0-7 Mġarr United

Mġarr, li l-istaġun li għadda spiccaw fit-tielet post fil-klassifika, fetħu l-istaġun b’rebħa ta’ 7-0 fuq San Ġwann – fit-tieni sena tagħhom f’dan il-kampjonat.Mġarr immexxija mill-kowċ Michael Mangion, kienu ispirati mill-captain Brenda Borg li kompliet fejn ħalliet l-istaġun li għadda bid-19-il gowl tagħha hekk kif skorjat erbgħa mis-seba’ gowls skorjati.

It-tlieta l-oħra kienu skorjati minn Yulya Carella .

Swieqi United 1-1 Birkirkara

Iċ-champions attwali Birkirkara komplew jistabbilixxu ruħhom fil-futbol tan-nisa hawn Malta meta waqqfu rekord ta’ kemm ilhom mhux megħluba fil-kampjonat.

Id-draw ta’ 1-1 kontra Swieqi United fil-ġurnata tal-ftuħ tal-Kampjonat tan-Nisa Assikura fisser li Birkirkara ilhom mhux megħluba għal 70 logħba biex qabżu ir-rekord preċedenti stabbilit minn Hibernians matul l-istaġuni 1999/2000 u 2004/2005.

Alishia Sultana skorjat l-ewwel gowl tal-partita fl’ewwel taqsima madankollu, Swieqi rnexxielhom jiksbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Dorianne Theuma li kkonsolidat postha bħala l-aqwa scorerta’ kull żmien f’kompetizzjonijiet lokali bl-400 gowl tagħha.

L-istaġun li għadda, Theuma ġiet magħżula bħala l-Plejer tas-Sena tan-Nisa tal-MFA għal rekord tat-tmien darba.

Mtarfa 0-7 Hibernians

Wara nuqqas ta’ sentejn mingħajr parteċipazzjoni fil-kampjonat femminili Hibernians irritornaw bi kbir meta fl-ewwel logħba tal-kampjonat huma għelbu lil Mtarfa 7-0.

Rodianne Zerafa fetħet l-iskor fid-19-il minuta biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 għal-Pawlisti.

Għaddew biss żewġ minuti mill-bidu tat-tieni taqsima u Martina Borg għamlithhom tnejn għal Hibernians biex fl-54 minuta kienet Aleksandra Georgieva li skorjat it-tielet goal tal-partita. Alexis Espita għamlet l-iskor 4-0 fil-71 minuta biex ħames minuti wara kien imiss lil Yolande Attard li tniżżel isimha mal-iskorers.

L-istess Attard għamlithom sitta u dopjetta personali fit-82 minuta biex erba’ minuti wara Georggieva wkoll għaqdet dopjetta personali u skor finali ta’ 7-0.