Futbol Sport

GFA l-Ewwel Diviżjoni: Qala Saints jitilgħu fit-tieni post b’rebħa fuq Sannat Lions

(Ritratt: Anaca Photography)

Fil-partita li għalqet it-tielet ġurnata mill-Ewwel Diviżjoni Għawdxi, Qala Saints għelbu lil Sannat Lions 3-1 biex b’hekk telgħu fit-tieni post b’7 punti daqs Kerċem. Minn naħa l-oħra din kienet it-tieni telfa għal Sannat Lions mill-ewwel tliet partiti.

Qala skorjaw żewġ gowls fi spazju ta’ erba’ minuti meta l-ewwel kien Rafael Conrado Prudente li fetaħ l-iskor fit-23 minuta biex mbgħad fis-27 minuta Joao Vitor Ferrari Silva għamilhom 2-0. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima il-Lions reġgħu daħlu lura fil-partita b’gowl minn penalty ta’ Lucas Silva Gomes biex it-timijiet daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 2-1 favur Qala.

Fit-tieni taqsima kienet logħba bbilanċjata, b’Sannat jipprovaw jiskorjaw il-gowl tad-draw iżda Qala ingħataw penalty fit-63 minuta u kien Rafael Conrado Prudente li għaqqad dopjetta personali u għamel l-iskor 3-1 favur it-tim tiegħu, skor li bih intemmet il-partita,

Referee: Sergii Boiko