Internazzjonali

Għexieren imutu kawża ta’ maltemp qawwi fl-Indja

Mill-inqas 39 persuna mietu kawża ta’ maltemp qawwi li qed jolqot it-Tramuntana tal-Indja, bi 12 minnhom mietu wara li ntlaqtu minn sajjetta.

Uffiċjali fl-Indja qed iwissu li x-xita qawwija li raw fl-aħħar sigħat u ġranet mistennija li tippersisti fil-ġranet li ġejjin.

Wieħed mill-vittmi, tifel ta’ 15-il sena kien qiegħed fuq il-bejt tad-dar ta’ ħabib tiegħu meta sajjetta laqtet iż-żona. Sieħbu wkoll sofra minn xi ġrieħi u jinstab fi sptar jingħata l-kura meħtieġa.