Internazzjonali

Iktar persuni mejta wara l-protesti fl-Iran

Ikomplu l-protesti u l-vjolenza fl-Iran hekk kif issa n-numru ta’ persuni mejta tela’ għal mill-inqas 26.

Il-President Iranjan, waqt kollegament telefoniku li kellu biex jagħti l-kondoljanzi lil qraba ta’ uffiċjal tas-sigurtà li allegatament inqatel mid-dimostranti, qal li dawk il-persuni li jattendu l-protesti għandhom jiġu iffaċjati  b’mod deċiżiv.

Jum wara l-ieħor, il-protesti ma waqfu xejn wara l-mewt taż-żagħżugħa ta’ 22 sena, Mahsa Amini li spiċċat tilfet ħajjitha waqt li kienet fil-kustodja tal-Pulizija. Hi kienet ġiet arrestata għax ma kinitx liebsa l-hijab… bil-qraba tagħha jgħidu li Amini kienet f’saħħitha qabel ma ġiet arrestata.