Lokali

Raġel jaqa’ 3 sulari minn gallarija għal fuq karozza f’Ħal Luqa

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9 ta’ dalgħodu waqa’ m’għola tliet sulari minn gallarija u spiċċa fuq karozza pparkjata fi Triq Ġorġ Zara, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ li sar, irriżulta li raġel ta’ 45 sena residenti Ħal Luqa, kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ tindif fil-gallarija meta waqa’ għal isfel.

Fil-post issejjaħ tim mediku li wara li taw l-ewwel għajnuna, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għal iktar kura. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Ritratt: Joe Francalanza