Lokali Qorti

Jinżammu arrestati fuq akkużi ta’ pussess u traffikar tad-droga fil-Marsa

Erbgħa rgiel inżammu taht arrest wara li tressqu l-Qorti b’rabta mas-sejba ta droga fil-Marsa fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Carlos Desira ta’ 23 sena mill-Kalkara, Ibrahim Jabril Abubakar t’40 sena minn Niġerja, Maggus Sule ta’ 22 sena u Iljasu Sejdo ta’ 23 sena, it-tnejn mill-Ghana kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi migjuba kontrihom.

L-ewwel li dehru quddiem il-Maġistrat kienu Desira u Abubakar fejn ġew akkużat b’pussess u traffikar ta’ droga eroina, kokaina u kannabis f’remissa fi Triq il-Ġerrejja.

Fil-Qorti instema kif instabu 140 qartas ta’ droga eroina, 230 qartas kokaina u 30 qartas kannabis flimkien ma’ €1,600 fi flus kontanti.

Fil-Qorti ntqal li meta il-Pulizija marru fil-post, l-akkużati pprovaw jaħarbu minn tieqa għoli sular u nofs. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tagħhom.

Warajhom tressqu Sule u Sejdo li kienu ġew arrestati flimkien minn remissa fi Triq is-Serkin. L-istess bħal post l-ieħor, il-Pulizija sabu iktar droga, b’wieħed jarmi borża barra mit-tieqa u ieħor jipprova jaqbeż ħames sulari.

F’din ir-remissa ntabu madwar nofs kilo kannabis u ammont ta’ qratas tal-kannabis flimkien ma’ €2,000 fi flus kontanti.